Fi stqarrija uffiċjali maħruġa t-Tnejn filgħodu, l-uffiċjali tal-ERA u tan-Nature Trust Malta fetħu l-bejta biex jevalwaw l-istatus tagħha u jaraw kemm ħarġu fkieren.
Huma qalu li minn din il-bejta, li kienet it-tielet waħda ta’ dan l-istaġun, kien hemm 57 bajd – 29 minnhom ma kienux fertilizzati, 2 kienu fertilizzati iżda ma komplewx jiżviluppaw, filwaqt li 26 minnhom faqsu b’suċċess.
Huma qalu li huma ma xtaqux dawn ir-riżultati, iżda n-nuqqas ta’ fertilizzazzjoni hija xi ħaġa naturali li qed jiffaċja kull pajjiż, iżda huma pożittivi li 93% mill-bajd faqqsu b’suċċess.
Huma rringrazzjaw lill-voluntiera kollha f’Malta u Għawdex li għenu fis-sorveljenza tal-bejtiet.
//= $special ?>