Lokali

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b’pożizzjoni ċara kontra kull forma ta’ abbuż

Waqt laqgħa li saret aktar kmieni llum, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qabel b’mod unanimu illi filwaqt li jikkundanna kull tip u forma ta’ abbuż, serq, frodi u nuqqas ta’ trasparenza, iddeċieda li jsir audit report indipendenti dwar il-finanzi kollha tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li jkun ikopri l-perijodu kollu meta Francine Farrugia serviet bħala kunsilliera fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – ċioè minn Lulju 2019 sas-7 ta’ Awwissu 2025.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ddeċieda wkoll li l-audit report ser ikun ippubblikat malli dan jiġi ppreżentat lilu.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħa din id-deċiżjoni biex juri bil-fatti li huwa kontra kull tip u forma ta’ abbuż, serq, korruzzjoni u nuqqas ta’ trasparenza jew kontabilità fil-ħidma tar-rappreżentanti eletti mill-poplu.