Is-suċċess tat-tim tan-nisa ta’ Sirens matul din is-sena, se jkun fuq l-aġenda tad-diskussjoni waqt edizzjoni oħra tal-programm sportiv tas-sajf fuq Net Television, Man Up+ li jixxandar illejla, fid-9:35pm.
Sirens kellhom sena mil-aqwa, meta taħt it-tmexxija ta’ Aurelien Cousin, it-tim żagħżugħ minn San Pawl il-Baħar, iddominaw kull kompetizzjoni tan-nisa organizzata mill-ASA biex rebħu l-quadruple.
F’Man Up+ tal-lejla, il-mistiedna ta’ Christian Micallef se jkunu s-Segretarju ta’ Sirens, Arthur Perici u waħda mill-plejers fl-iskwadra femminili taċ-champions, Sirens, Kendra Navarro.
Waqt l-istess programm tal-lejla, tingħata ħarsa lejn dak kollu li ġara fl-aħħar ġimgħa ta’ waterpolo lokali, fejn kelna l-aħħar partiti mis-semi-finali tal-play-offs tal-Kampjonat Premier u tal-Ewwel Diviżjoni, filwaqt li fit-tmiem il-ġimgħa, kelna l-partiti mill-Kwarti tal-Finali tal-Kompetizzjonijiet knock-out taż-żewġ diviżjonijiet rispettivi.
Intant, minn surveys li jsiru kull ġimgħa minn kumpanija privata, u li għalihom għandhom aċċess l-istazzjonijiet televiżivi kollha f’pajjiżna, Man Up+, ġimgħa wara l-oħra qed jirreġistra l-ogħla udjenza meta mqabbel mal-programm tal-istess ġeneru u li jirraporta l-istaġun tal-waterpolo, u li jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali li hu riservat għall-isport.
Man Up+ jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, fid-9:35pm fuq Net Television u llu jixxandar b’mod konsekuttiv għal dawn l-aħħar 26 sena.
//= $special ?>