Għal darb’ oħra l-Maltin u l-Għawdxin urew il-qalb kbira tagħhom, hekk kif inġabret is-somma sabiħa ta’ €219,200 b’risq Missio Malta.
Il-maratona tal-Missio saret fi tmiem il-ġimgħa, u l-flus miġbura se jmorru sabiex isiru proġetti fil-missjoni li se jkomplu jbiddlu ħajjet dawk li għandhom l-aktar bżonn – speċjalment tfal.
Fil-maratona, li xxandret anke fuq Net Television, ipparteċipaw diversi personalitajiet u kien hemm anke kant u divertiment.
Fi kliem il-Missio, din il-maratona hija waħda li dejjem iġġib ħafna tama, imħabba u dinjità lil dawk li tant għandhom bżonn.