Huma kważi €12,000 il-flus li nġabru s’issa sabiex il-katavru ta’ Khim Bahadur jittieħed lura pajjiżu għad-difna. Dan wara li n-Nepaliż, li kien bil-mutur tax-xogħol, spiċċa maqtul fil-każ traġiku li seħħ il-Ħadd filgħodu fi Psaila Street Birkirkara.
Ftit tal-ħin wara l-aħbar tat-traġedja, diversi couriers inġabru fil-post tal-inċident biex isellmu l-memorja ta’ Bahandur. Dan filwaqt li bdew jinaġbru fondi biex il-katavru tan-Nepaliż jintbagħat lura pajjiżu.
Fost dawk li taw donazzjoni kien hemm anke diversi Maltin, u sidien ta’ ħwienet tal-ikel li ħadmu ma’ Bahandur.
Net News jinsab infurmat li l-katavru tiegħu mistenni jintbagħat lura n-Nepal fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>