Għażiż Neville, grazzi tal-fake news dwar is-saħħa tiegħi – qatt ma rċevejt daqshekk messaġġi u nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebi. Nassigurahom li ninsab f’saħħti.
Sostna dan l-eks Membru Parlamentari Ewropew Laburista John Attard Montalto wara li l-blogger Laburista Neville Gafà attakka u allega li Attard Montalto kellu saħħa fiżika u mentali ħażina.
Dan wara li l-istess eks MEP talab lil Robert Abela biex ineħħi lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg għaliex inkompetenti.
Attard Montalto insista li hu ma jimpurtahx milli jaħsbu dwaru u hu se jkun qiegħed jinjorahom.
Attaki sfrenati minn ġewwa bil-Partit Laburista huwa maqsum – b’attakki u stalletti interni – attakki sistematiċi li min ma jaqbilx magħhom jaraw kif jispiċċaw jeliminawh b’assassinju tal-karattru.
