Għawdex Lokali

Riħa ta’ drenaġġ fi triq ewlenija f’Għawdex…iżda ħadd ma ta kas

L-eks editur tal-Orizzont Frans Ghirxi reġa’ uża l-paġna tiegħu fit-Torċa biex jitfa’ dawl fuq in-nuqqas ta’ interess li qed juru l-Ministri u d-deputati laburisti eletti minn Għawdex. Dan hekk kif qed jinsisti li ċertu awtoritajiet “qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-ilmenti”.

Il-Ħadd, Ghirxi reġa’ kien kritiku lejn il-ħames deputati Parlamentari Għawdxin – li tlieta minnhom huma Ministri.

Frans Ghirxi kien qed jirreferi għat-triq li mix-Xewkija twassal lejn ir-Rabat, fejn sikwit ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ. Hu spjega li kien ilu mis-27 ta’ Lulju li ilmenta bil-kitba tiegħu, iżda donnu ħadd ma ħa azzjoni.

“Għandu jkun hemm spjegazzjoni”, kiteb Ghirxi fit-Torċa.