It-tim nazzjonali tan-nisa ta’ Spanja mhux se tkompli timpjega lil Montse Tome bħala kowċ tat-tim u mhux se testendi l-kuntratt tagħha li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu.
Tome kienet l-ewwel kowċ mara li ħadet dan l-irwol fl-istorja u daħlet wara l-iskandlu ta’ Luis Rubiales lura fl-2023.
Tome mexxiet lit-tim tagħha għal suċċessi kbar fil-Womens Nations League fl-2024, madankollu t-tim Spanjol tilef il-finali tal-UEFA EURO 2025 kontra l-Ingilterra permess tal-għoti tal-penalties.
Sonia Bermudez se tkun il-kowċ li se tieħu post Tome. Bermudez rebħet 9 titli bħala plejer, fejn lagħbet ma’ Rayo Vallecano, Barcelona, Atletico Madrid u Levante.
Il-kowċ ta’ 40 sena lagħbet 61 darba ma’ Spanja u kienet il-kowċ ewlenija tal-U23 qabel ma’ kisbet din il-promozzjoni. Hi kienet il-captain ta’ La Roja lura fit-Tazza tad-Dinja tal-2015, fejn hemm Spanja temmew l-aħħar fil-Grupp rispettiv tagħhom.
