Mara ta’ 41 sena residenti l-Belt Valletta li kien għaddejja fit-triq, barra l-isptar San Luqa, spiċċat ittieħdet b’urġenza Mater Dei wara li intlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7am, fi Pjazza San Luqa.
Net News huwa infurmat li karozza tal-għamla Volkswagen tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’vettura oħra tat-tip Mercedes.
Anke s-sewwieq tal-Volkswagen, li huwa raġel ta’ 62 sena residenti l-Mellieħa ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Intant, iż-żewġ persuni kienu ċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.
//= $special ?>