Lokali

‘Battle of the bands’ fid-19 ta’ Settembru fi Pjazza Tritoni

Il-festi tal-Indipendenza jinsabu wara l-bieb, u l-preparament għaddejin ġmielhom.

Din is-sena, hemm imħejji programm mill-aqwa ta’ divertiment bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet organizzati mill-PN. U fid-19 ta’ Settembru fi Pjazza Tritoni wieħed għandu jistenna avveniment mill-isbaħ – Battle of the Bands – kif spjegalna s-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ tal-PN Stefan Caruana.

F’din is-serata ser ikun hemm il-voti mill-membri tal-ġurija, u anke mill-pubbliku – li jista’ jivvota għall-aqwa band permezz ta’ SMS.

Il-band rebbieħa ser titħabbar dakinhar stess.

Dawk il-bands li jixtiequ japplikaw jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu email fuq battleofthebandsmalta@gmail.com

Apparti din is-serata, il-PN qed iħejji ippakjat ta’ attivitajiet biex jiċċelebra kif jixraq l-anniversarju ta’ Malta Indipendenti.