Sport Sport Ieħor

Imut l-atleta Taljan Mattia Debertolis waqt il-World Games fiċ-Ċina

Tħabbret il-mewt tal-atleta Taljan Mattia Debertolis wara li kkollassa waqt il-World Games fiċ-Ċina l-ġimgħa li għaddiet. Debertolis miet it-Tlieta fejn minkejja li ngħata l-kura mmedjata huwa xorta tilef ħajtu.

L-International Orienteering Federeation (IOF) qalet li tinsab imnikkta bil-mewt ta’ wieħed mill-atleti tagħha, fejn ir-raġuni tal-mewt ta’ Debertolis għadha trid tiġi determinata.

Il-World Games huwa avveniment multi-sport li jsir kull erba’ snin iżda mhuwiex parti mill-Olimpjadi. Debertolis kien qed jikkompeti fil-finali tal-irġiel li saret f’temperatura ta’ aktar minn 30 grad celsius. Orienteering huwa sport fejn l-atleti jkollhom jgħaddu minn checkpoints permezz ta’ mappa u tinvolvi attività fiżika kif ukoll li wieħed jaqra mappa u jsolvi problema.