Ir-referee David Coote ġie sospiż tmien ġimgħat mill-FA Ingliża dwar kummenti li dehru fil-midja li kien qal fuq l-eks kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp.
Coote kien tkeċċa mill-Premier League f’Diċembru tas-sena li għaddiet u kien ukoll ikkastigat mill-FA wara li kiser regolament E3.2. Il-filmat li ttieħed f’Lulju 2020, inxteret fil-midja f’Novembru b’Coote jammetti dwar dak li deher.
Hu wkoll stqarr li kien iddispjaċih għal dak li deher fil-filmat. Minbarra s-sospensjoni ta’ tmien ġimgħat, Coote se jkollu wkoll jattendi programm edukattiv. Ir-referee ta’ 42 sena kien ukoll sospiż mill-UEFA milli jikkontrolla partita ta’ kompetizzjonijiet Ewropej sa’ Ġunju tas-sena d-dieħla.
Minbarra dak l-filmat, Coote deher ukoll f’filmat ieħor jagħmel użu minn sustanzi lleċiti waqt li kien fl-EURO 2024.
//= $special ?>