Benjamin Chetcuti, is-suldat ta’ 23 sena minn Raħal Ġdid, qed jaffaċċja akkuża ta’ qtil involontarju ta’ mara, u li kien qed isuq b’velioċità stimata ta’ 98 kilometru is-siegħa b’rabta ma’ inċident fatali li seħħ fil-Belt Valletta fit-27 ta’ Lulju għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija. Ħareġ ukoll li huwa kien għadu kemm isir suldat regolari fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Skont dak li ħareġ mill-kumpilazzjoni ta’ evidenza, Chetcuti kien qed isuq karozza tat-tip Subaru Impreza meta ħabat ma’ Ford Fiesta tal-koppja Azzopardi u diversi karozzi oħra. Kawża ta’ din il-ħabta, Mildred Azzopardi ta’ 62 sena mill-Ħamrun — li kienet fil-viċinanzi tal-vettura tagħha flimkien ma’ żewġha Alfred Azzopardi — spiċċat maqbuda bejn il-vetturi u tilfet ħajjitha fuq il-post.
Żewġha sofra ġrieħi gravi u ttieħed l-isptar Mater Dei f’qagħda kritika fejn illum il-qagħda tiegħu marret għal aħjar. Ħareġ ukoll li l-vittma Mildred Azzopardi mietet mad-daqqa u tilfet ħajjtiha kawża ta’ emoroġija u skur fl-għadam.
Sadanittant fi tmiem is-seduta l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex Chetcuti jitpoġġa taħt att ta’ akkużi. Fl-awla numru 9 kien hemm preżenti numru ta’ familjari kemm minn naħa tal-vittma kif ukoll minn naħa tal-akkużat.
Is-Supretendent Nicholas Vella, wieħed mill-ewwel uffiċjali li waslu fuq il-post, xehed li dakinhar kienu identifikati ħames vetturi fuq il-post u li l-karozza Subaru kienet qed tinstaq minn Chetcuti. Ix-xhieda tas-Supretendent Vella kienet mgħejjuna minn power point presentation.
F’ħin minnhom waqt li kienu qed jintwerew il-filmati tal-inċident inniffsu, l-Maġistrat qalet lill-familjari biex min irid joħroġ mill-awla. Kien hemm min ħareġ, oħrajn ma bdewx iħarsu filwaqt li kien hemm min baqa’ jara l-filmat.
Huwa beda biex jgħid li fis-27 ta’ Lulju li għadda xi l-10pm. seħħ incident Xatt il-Barrieri, il-Belt. Meta l-Pulizija marret fuq il-post fejn il-wiċċ tal-art kienet ta’ kwalità tajba. Vella spjega wkoll kif l-investigazzjoni inkludiet diversi CCTV Cameras u ġie analizzat footage li juri l-karozza ta’ Chetcuti ġejja minn naħa ta’ Sant Iermu b’veloċità ta’ bejn wieħed u ieħor 98 kilometru fis-siegħa, meta waslet fuq il-post tal-inċident.
Huwa kkonferma wkoll li t-test tal-breathalyzer wera livell ta’ alkoħol ta’ 139.2mg, aktar minn ħames darbiet il-limitu legali. Tenna li kien hemm tliet persuni ta’ interess f’din ix-xena, l-akkużat, Mildred Azzopardi li tilfet ħajjitha u żewġha Alfred Azzopardi, li dak inhar kien ġie ċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt u l-akkużat. Sadanittant il-karozza ta’ Mildred Azzopardi u żewġha kienet Ford Fiesta.
Malli l-Pulizija waslet fuq il-post ġew identifikati ħames vetturi bl-akkużat li kien qed isuq Subaru Impreza. Fuq il-post waslu numru konsiderevoli ta’ Pulizija, li fosthom kien hemm min kellu l-bodycam. Ix-xhud qal li kien wkoll preżenti flimkien mal-Ispettur Nathan Bugeja fejn anke huma kellhom fuqhom il-bodycams.
Il-Pulizija identifikat fejn seħħ l-impatt tal-inċident u l-Pulizija identifikat lil Benjamin Chectuti fejn infurmatu li kien qed jitpoġġa taħt arrest. Wara ttieħidlu t-test tal-breathalyzer li rriżulta fil-pożittiv. Dan 139.2 ml u dan sar għall-ħabta tal-10.25pm.
L-akkużat ittieħed l-isptar Mater Dei fejn għadda kampjun tal-urina. Aktar tard kien mitkellem l-akkużat fejn ittieħditlu stqarrija. Ġie muri żewġ filmati u huwa għażel li ma jwieġibx għal ebda domanda. Ix-xhud qal li l-Pulizija kompliet l-investigazzjoni tagħhom fejn ġabret diversi CCTV Cameras mill-inħawi.
Il-filmati wrew li minn dik ta’ Sant Iermu tidher karozza tal-akkużat ġejja u minn kamera oħra mill-istess post dehret il-karozza Subaru Impreza. Din dehret nieżla minn fejn l-entratura ta’ Sant Iermu. Vella qal li l-vettura tal-akkużat dehret bil-Pulizija tkejjel biex tkun taf il-veloċità ta’ 59 kilometru fis-siegħa minn dik l-inħawi ta’ Sant Iermu
Dak il-ħin kienet għaddejja minn fejn kantuniera. Meta kkumparaw ma’ karozza oħra din kienet qed tinstaq b’inqas veloċità. Fir-rigward tal-filmat ta’ fejn il-pixkerija, x-xhud qal li kamera oħra wriet mill-istess eżerċizzju fejn tkejjlet id-distanza ta’ 98 kilometru fis-siegħa.
Ix-xhud wera lill-Maġistrat ta’ dak li ġara minn fejn il-qanpiena fejn jidher il-vittma Alfred Azzopardi u anke is-Sinjura Azzopardi li dehret taqsam it-triq u ddaħħal xi affarijiet fil-bagoll tal-karozza tagħha. Il-karozza tal-akkużat jidher li ma kellhiex il-kontroll fejn f’ħin minnhom reġa’ deher ir-raġel tal-vittma fejn deher ukoll ir-ritratt tal-impatt.
Aktar qabel xehed Dr. Christopher Spiteri rappreżentant ta’ Transport Malta ikkonferma il-propjetarji tal-vetturi li kienu nvoluti fl-inċident. Huwa qal li Chetcuti kellu wkoll liċenzja tas-sewqan valida fil-jum tal-inċident.
Dr. Mario Scerri, espert tal-Qorti li attenda l-awtopsja, qal li Mildred Azzopardi mietet fuq il-post kawża ta’ emoroġija interna u fratturi serji f’ġisimha kollu, nkluż f’rasha. Huwa kkonferma li żewġha Alfred Azzopardi kellu ġrieħi gravi u li issa ħareġ mit-Taqsima tal-kura intensiva, għalkemm il-qagħda tiegħu għadha waħda gravi. Huwa qal ukoll li meta sar test fuqu biex għad-droga li rriżulta fin-negattiv.
Dr. Ali Safraz u Dr. David Pisani ppreżentaw rapport bħala esperti mediċi li jikkonfermaw il-kawżi ewlenin tal-mewt tal-vittma li kienu simili għal dak li xehed Dr. Mario Scerri. Mill-aspett forensiku, is-Surġent Matthew Parnis ippreżenta ritratti mill-post tal-inċident, inklużi dawk li juru l-vittma u l-vetturi involuti.
Is-Surġent Damian Galea xehed ukoll li hu ġie infurmat għall-ħabta tad-9:45pm li kien hemm inċident gravi fejn mara kienet diġà tilfet ħajjitha. Huwa kkonferma li t-test tan-nifs fuq Chetcuti sar minħabba li nnotaw riħa ta’ xorb, u l-eżitu kkonferma l-livell għoli ta’ alkoħol.
Minn naħa oħra, xhieda ċivili kienu essenzjali biex isostnu l-kronoloġija u l-kuntest tal-inċident. Reeves Cini, li kien viċin il-post, qal li sema’ ħoss qawwi u ħareġ jiġri. Huwa sab lil Benjamin Chetcuti fuq il-post u, għalkemm ma kienx jafu personalment, għarfu. Tenna li ġieli rah il-Belt u kienu jsellmu lil xulxin.
Cini qal li Chetcuti deher eċċitat u qal li tilef il-kontroll tal-karozza fil-kisra. Simon Bartolo, xhud ieħor, qal li kien qed jixrob te fil-kamra tiegħu viċin il-baħar meta sema’ ħoss qawwi u ra l-karozza tiġi ‘xkanata’. Huwa ħareġ jgħin u ra lil mara mal-art u r-raġel tagħha maġenbha. Bartolo xehed li għaraf lil Chetcuti bħala s-sewwieq u li Chetcuti qallu li “tilef il-kontroll”.
Daħal mal-Armata f’Jannar u ngħata l-grad ta’ Gunner fl-1 ta’ Lulju
Ix-xhieda minn Transport Malta kienet ippreżentata minn Dr. Christopher Spiteri, li kkonferma min kienu l-proprjetarji tal-vetturi involuti u li Chetcuti kellu liċenzja valida dak in-nhar. Il-Maġġur Bernadette Cachia, li tirrapreżenta lill-Forzi Armati ta’ Malta, xehedet li Chetcuti kien daħal fl-Armata f’Jannar, kien rekluta sa Ġunju u ngħata l-grad ta’ Gunner f’Lulju.
Qalet ukoll li kien għadu f’tagħlim dwar l-iskwadra Marittima u li bħalissa kien kapaċi jġorr arma u jisparfaha u jieħu sehem f’attivitajiet ċerimonjali. Wara xhed is-Surġent Matthew Parnis li għamel xogħol relatat ma’ fotografija.
Huwa ppreżenta xi ritratti li ħa fuq ix-xena tal-inċident fosthom dak tal-vittma. Xehed ukoll is-Surġent Damian Galea li qal li dak inhar tal-inċident għall-ħabta tal-9.45pm. li seħħ incident ta-traffiku. Huwa kien ġie nfurmat li kien hemm mara li ma kellhiex sinjali ta’ ħajja u raġel li kien weġġa’ serjament.
Huwa mar fuq il-post u raha lil Alfred Azzopardi li kien għadu kemm inħareġ fuq stretcher u jingħata l-għajnuna mt-tobba. Kien infurmat ukoll li sfortunament il-mara kienet tilfet ħajjitha. Mal-mument li Alfred Azzopardi ttieħed fuq il-post huwa beda jagħlaq ix-xena tad-delitt.
Sar it-test tan-nifs fuq l-akkużat, fejn din hija xi ħaġa normali li ssir wara incident tat-traffiku. Dan ukoll sar għax kellu riħa ta’ xorb fejn kellu 139.2 mg. Ħames darbiex iktar minn suppost. Il-imitu huwa ta’ 22mg.
Eventwalment qal Benjamin Chetcuti spiċċa arrestat. Tenna li dak il-ħin l-akkużat irrifjuta l-preżenza ta’ avukat. Ix-xhud qal li hu baqa’ fuq il-post sat-3am. Il-Qorti fi tmiem is-seduta ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex l-imputat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.
Huwa qed jaffaċċja diversi akkużi fosthom qtil involontarju ta’ Mildred Azzopardi, kawża ta’ ġrieħi gravi lil żewġha, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, sewqan b’negliġenza, u li għamel ħsara fuq diversi vetturi oħra. L-akkuża tinkludi wkoll il-fatt li naqas milli jipprevjeni reat, għalkemm huwa uffiċjal pubbliku, peress li kien suldat f’siegħa ta’ servizz.
Il-prosekuzzjoni hi mmexxija mill-Avukat Danika Vella u s-Supretendent Nicholas Vella. L-akkużat qed jiġi assistit mill-avukati Franco Debono, Adreana Zammit, Jacob Magri u Arthur Azzopardi filwaqt li l-Avukati Peter Fenech u Luigi Fenech qed jidhru f’isem il-familja tal-vittmi. Il-kumpilazzjoni se tkompli 30 ta’ Settembru fis-2pm.
//= $special ?>