‘Il fuq minn €25,000. Hija din is-somma li inġabret s’issa, mill-Assoċjazzjoni Neplaliża f’Malta permezz ta’ GoFundMe page, b’risq in-Nepaliż Khim Bahadur Pun. Is-sewwieq tal-Wolt, li miet f’inċident traġiku il-Ħadd li għadda wara li karozza Maserati misjuqa minn żgħażugħ ta’ 17-il sena, baqgħet dieħla f’numru ta’ vetturi. Fosthom fil-mutur ta’ Pun. Il-flus miġbura se jgħinu lill-familja tkopri l-ispejjeż tal-funeral u jgħinu lill-familja tirkupra f’dan il-mument ta’ dieqa.
L-Erbgħa fid-09.00 ta’ filgħodu, il-komunità Nepaliża se tagħti l-aħħar tislima lil Khim barra Mater Dei. Huwa se jittieħed lura n-Nepal biex jindifen hemmhekk.
Il-ġbir ta’ fondi għadu miftuħ għad-donazzjonijiet. Il-fondi se jmorru direttament lill-familja ta’ Khim bħala appoġġ sakemm jerġgħu jsibu saqajhom.
//= $special ?>