“Ma fadalx żmien”
Kien dan l-appell li qanqlet l-artista Madonna meta fuq il-midja soċjali ħeġġet lill-Papa Ljun XIV jżur Gaza, wara li hi qalet li ma tantx fadal żmien.
Madonna stqarret ukoll li bħala persuna kattolika, l-kuxjenza tista’ iġib il-bidla.
Hi appellat lill-Papa jgħin sabiex tintemm il-kriżi f’Gaza u sejħet lill-pubbliku wkoll sabiex jgħinu t-tfal innoċenti li huma maqbudin f’din il-gwerra.
Qalet ukoll li mhux se tkun qed tieħu naħat imma qed tħoss l-uġigħ ta’ kulħadd bħala omm, inkluż għal dawk l-ommijiet tal-ostaġġi li huma maqbudin f’din il-gwerra.
Il-Papa Ljun XIV huwa kritiku ta’ din il-gwerra mill-bidu nett tal-pontifikal tiegħu, fejn f’Lulju li għadda kien appella lill-komunità internazzjonali tkompli tosserva l-liġi umanitarja u tipproteġi n-nies ċivili.
Intant, l-għaqda internazzjonali UNICEF wisset li kull tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin qed jbati minn nuqqas ta’ ikel u provvista bażika b’riżultat ta’ din il-gwerra, fejn aktar minn 50,000 tifel u tifla nqatel jew weġġa minn Ottubru tal-2023.
Barra minn hekk, id-direttur tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus irringrazzja l-artista Madonna għall-kompassjoni u s-solidarjetà tagħha.
//= $special ?>