Il-Pulizija fl-Iran arrestaw talanqas 21,000 persuna fuq suspett ta’ spjunaġġ u ġbid ta’ filmati illegali, waqt il-gwerra ta’ 12-il jum ma’ Iżrael.
Dan irrappurtatu l-media Iranjana ġimgħat wara li l-qawwiet tal-ajru Iżraeljani, fit-13 ta’ Ġunju, attakkaw l-inħawi ta’ Tehran flimkien mal-faċilitajiet ewlenin tar-reġim tal-Ayatollah Ali Khamenei.
Minn dak iż-żmien, l-awtoritjaiet Iranjani żiedu bil-kbir il-miżuri għas-sigutà interna u fl-aħħar ġimgħat komplew l-arresti tal-massa u l-esekuzzjonijiet ta’ persuni suspettati f’dan il-pajjiż.
Il-kampanja tar-reġim Iranjan kontra l-poplu tiegħu qed tiddependi mir-rapporti taċ-ċittadini li jinfurmaw lill-awtoritajiet Iżlamiċi dwar kwalunkwe attività meqjusa bħala suspettuża u li ‘tista’ qed tgħin lill-għedewwa tal-Iran’.
Fil-fatt, l-arresti tal-21,000 suspettat waqt l-aħħar konflitt ma’ Iżrael qed jixħtu aktar dawl fuq is-sistema ta’ spjunaġġ interna li tifforma l-bażi tas-soċjetà Iranjana, fi żmenijiet diffiċli ħafna għall-Istat fundamentalista.
//= $special ?>