Xan Muscat, żagħżugħ ta’ 19-il sena li joqgħod Tal-Pietà, ġie akkużat b’attakk fuq ommu b’arma, theddid, u insulti kontra ommu, kif ukoll li kkawżalha biża’ li se tintuża’ vjolenza kontriha. Huwa wkoll ġie mixli b’ripetizzjoni ta’ reati u li wettaq delitt waqt probation.
Il-każ jinkludi wkoll akkuża ta’ użu ta’ mutur Kymco li kien ġie misruq f’Ġunju fil-Birgu. L-Ispettur Omar Zammit qal li omm Muscat informat lill-uffiċjal tal-probation tiegħu li hija kienet attakkata mill-istess iben. Muscat allegatament attakka lill-omm tiegħu b’sikkina u li għamel użu minn”squeezer” biex jheddidha.
Iż-żagħżugħ li jaħdem bħala Assistent Chef jinsab fuq probation għal każ li kien seħħ tliet snin ilu u li għadu għaddej sa issa. L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, bid-difiża titlob gall-ħelsien mill-arrest. ż
Muscat kien informa lill-avukat tiegħu li ommu kienet tixtieq li taħfirlu u twaqqa’ l-proċeduri, iżda l-Qorti riedet tistenna sakemm tidher l-omm fil-Qorti. L-Ispettur Daniela Hailey qalet li kienet tkellmet mal-omm aktar kmieni fl-ġurnata, u nfurmata li binha kien se jiġi mixli fil-Qorti iżda hi qaltilha li ma tixtieqx tkun preżenti fl-awla.
Madankollu, kontra kull mistenni l-omm dehret fil-Qorti u qalet li kienet lesta li twaqqa’ l-każ kontra binha, iżda bil-kundizzjoni li hu ma joqgħodx magħha. “Għandu l-età tiegħu, jista’ jaħdem u jikri post.” Wara dan id-diskors l-akkużat id-dmugħ beda nieżel għal fuq ħaddejn l-akkużat.
Il-Qorti staqsiet lill-omm jekk hemmx membri oħra tal-familja li huma lesti li jilqgħu lil Xan Muscat, u hija wieġbet li l-ħuh ikbar minnu joqgħod magħha, filwaqt li ħuh l-ieħor jgħixu ma’ omm it-tfajla tiegħu.
L-Avukat tad-difiża, Tonio Grech, sostna li l-familja qatt ma kienet tgħix fil-paċi, iżda Muscat issa jinsab fit-triq biex jgħix ħajja aħjar, u li l-Qorti ma għandhiex tipperikola dan kollu. Żied jgħid li jekk Muscat ma jingħatax ħelsien mill-arrest, hu se titlef il-post tax-xogħol tiegħu bħala assistent kok.
Min-naħa tiegħu, l-Ispettur Omar Zammit oġġezzjona għat-talba tal-ħelsien mill-arrest, minħabba l-gravità tal-akkużi u l-fatt li l-akkużat m’għandux indirizz stabbli. Għal dan ir-raġuni, il-Qorti ddeċidiet li tkompli l-proċedura legali kontra Muscat, peress li l-omm kienet ħafritlu imma b’kundizzjoni.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-omm. L-akkużat kien rappreżentat mill-avukati Tonio Grech u Claudio Borg, filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit.
//= $special ?>