Raġel li kien għaddej fit-triq, barra l-isptar San Luqa, spiċċa ttieħed b’urġenza Mater Dei wara li intlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7am, fi Pjazza San Luqa.
Net News huwa infurmat li karozza tal-għamla Volkswagen tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’vettura oħra tat-tip Mercedes.
Anke s-sewwieq tal-Volkswagen ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Il-kundizzjoni taż-żewġ irġiel għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>