Internazzjonali

Taylor Swift ħabbret album ġdid; The Life of a Showgirl

Il-kantanta rinomata Taylor Swift għadha kemm ħabbret it-12-il album tagħha.

Swift ħabbret din l-aħbar mill-isbaħ waqt il-podcast tas-sieħeb tagħha, Travis Kelce, fejn żvelat kif it-titlu ta’ dan l-album ġdid ser ikun The Life of a Showgirl.

It-Tnejn, Swift fuq is-sit tagħha xeħtet countdown, li dan qajjem ħafna spekulazzjonijiet fost dawk l-aktar li jsegwuwha. Fost il-ħafna spekulazzjonijiet, diversi kienu dawk li basru x’kienet l-aħbar il-ġdida.

L-ispekulazzjonijiet tas-segwaċi tagħha, li ser tħabbar album ġdid, komplew jiġu kkonfermat ftit tal-ħin wara, hekk kif Kelce ħabbar li Taylor Swift ser tkun mistiedna fil-podscat tiegħu New Heights.

Id-data ta’ meta ser joħroġ l-album il-ġdid għadha mhix konfermata.