Il-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Bormla kienet ippakjata b’diversi qraba, ħbieb u ħaddiema tal-Caitas li attendew għall-funeral ta’ Christian Vella; sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil din il-persuna li ddedikat ħafna snin minn ħajjitha tgħin u tressaq persuni dipendenti fuq sustanzi lejn il-programm ta’ San Blas, immexxi mill-Caritas.
Christian Vella magħruf bħala ‘Il-Fulu’ miet fl-eta ta’ 39 sena, nhar l-Erbgha li għadda, u l-awtopsja ikkonfermat li huwa miet kawża ta’ chest infection severa.

Bosta kienu dawk li matul dawn il-jiem li għaddew sellmu l-memorja tiegħu anke fuq Facebook, fejn spikkaw il-messaġġi tal-membri tal-istaff ta’ Caritas Malta u residenti fi programmi terpaewtiċi mmexija mill-istess organizzazjoni.

Għal dawn l-aħħar snin Chirstian ħadem bħala facilitator fil-komunità tax-xelter; il-post li fih persuna trid tagħmel ftit ġimgħat ta’ preparazzjoni qabel tgħaddi għall-programm ta’ San Blas.
Ħafna minn dawk li attendew għall-funeral libsu lewn abjad, u l-quddiesa tmexxiet minn Monsinjur Charles Cordina, li kien akkumpanjat minn Fr Joe Mifsud.

Fl-entratura tal-knisja tpoġġiet kaxxa ta’ donazzjonijiet b’risq Caritas Malta. Dan filwaqt li dawk li attendew setgħu iħallu wkoll messaġġ fil-ktieb tal-kondoljanzi.

Apparti minn hekk, spikka messaġġ li twassal mill-mara ta’ Chris.
Intant, qabel il-funeral it-tebut ta’ Chirs idaħħal San Blas għall-aħħar tislima. U minbarra ommu, missieru, martu, uliedu, l-istaff u r-residenti ta’ Caritas Malta kien hemm ukoll il-kelba tiegħu Shiva tistenih.
Dan hekk kif parir tal-veterinarju lill-kelba ressquha lejn it-tebut biex ikolla l’closure’ tagħha ma’ sidha, bil-kelba taqsam qlub dawk kollha preżenti hekk intefghet mal-art quddem it-tebut u għamlet ħin siekta minghajr ma riedet tiċċaqlaq.
//= $special ?>