Żewġ persuni spiċċaw ittieħdu l-isptar b’urġenza wara inċident tat-traffiku li seħħ fiċ-Ċirkewwa, għall-ħabta ta’ 11:45am.
Il-każ seħħ fi Triq il-Marfa, viċin it-terminal tal-vapur t’Għawdex hekk kif il-Pulizija waslitilhom informazzjoni li kienu ħabtu żewġ vetturi – waħda tal-għamla Ford u oħra BMW.
Il-Ford kienet misjuqa minn raġel ta’ 83 minn Birkirkara u miegħu kien hemm raġel ta’ 61 sena minn Birkirkara stess.
Il-BMW kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti ż-Żurrieq, li magħha kien hemm tfajla ta’ 17-il sena.
L-anzjan, u l-passiġġier li kien hemm miegħu, ingħataw l-assistenza medika u m’għandhomx ġrieħi serji.
//= $special ?>