Ftit tas-siegħat ilu il-Gwardja tal-Kosta Taljana kkonfermat li mietu 26 immigrant viċin il-gżira ta’ Lampedusa – bl-indikazzjonijiet ikunu li kienu fuq vjaġġ sabiex jidħlu fl-Ewropa b’mod irregolari.
S’issa jidher li kien hemm ‘il fuq minn 90 persuna abbord u s’issa ġew salvati 60 persuna u qiegħdin fuq l-art Taljana.
Intant l-operazzjoni għat-tfittxija għadha għaddejja, bin-numri tal-mejta mistennija jiżdiedu fil-ħin li ġej.
Min naħa l-oħra l-Gvern Taljan kkonferma li s’issa waslu ‘l fuq minn 30,000 immigrant matul din is-sena.
//= $special ?>