Futbol Sport

FILMAT | Jittellgħu l-poloz tal-ewwel round tal-Jubilee Cup

Ritratt: Martin Agius

Matul il-jum tal-Erbgħa ttellgħu l-poloz tal-Malta FA Jubilee Cup, b’kollaborazzjoni ma’ Enemed, biex b’hekk taw bidu għall-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. Din il-kompetizzjoni li se tkun organizzata fil-125 sena anniversarju mit-twaqqif tal-MFA, se tara clubs jikkompetu minn kull diviżjoni kif ukoll minn assoċjazzjonijiet membri oħra.

Il-poloz ittellgħu mill-Malta FA Football Operations Manager Stewart Said, flimkien mal-eks internazzjonali Malti u rebbieħ ta’ diversi unuri domestiċi, David Carabott. L-ewwel fażi tal-kompetizzjoni se tinvolvi 45 tim li huma maqsumin f’erba’ gruppi: North, South, Gozo u Member Associations. Il-gruppi North u South se jkollhom rawnd preliminarju bil-għan li kull grupp ma jkollux aktar minn 12-il tim.

Għal dak ir-rawnd preliminari ttellgħu żewġ timijiet minn kull grupp bir-rebbieħ jikkwalifika għall-ewwel fażi tan-knockout. Mill-grupp North, ir-rawnd preliminari se jara lil Għargħur jilgħabu kontra Dingli Swallows, filwaqt li mill-grupp South, Mqabba se jiltaqgħu kontra St’George’s FC. Il-partiti mir-rawnd preliminari se jintlagħbu fit-30 u l-31 ta’ Awwissu.

Wara li ttellgħu l-poloz tar-rawnd preliminari, ittellgħu l-poloz tal-kumplament tar-rawnds tal-ewwel fażi tal-Malta FA Jubilee Cup. Fl-ewwel rawnd, 12-il tim f’kull grupp, (North, South u Gozo) se jiltaqħgu kontra xulxin għall-post fit-tieni rawnd. Il-partiti tal-ewwel round huma dawn li ġejjin:

North: Għargħur/ Dingli S. v Msida St. Joseph, Attard v Rabat Ajax, Victoria Hotspurs v Siġġiewi, Ta’ Xbiex v Pembroke Athleta, Mellieħa v San Ġwann, Lija Athletic v Mdina Knights

South: Mqabba/ St’George’s v Xgħajra Tornados, Kirkop United v St Venera Lightnings, Marsaskala v Qormi, Luqa St.Andrew’s v Żejtun Corinthians, Senglea Athletic v Għaxaq, Kalkara United v Qrendi

Gozo: Qala Saints v Xewkija Tigers, Orathory Youths v Żebbuġ Rovers, Xagħjra United v Kerċem Ajax, Għajnsielem v Munxar Falcons, Sannat Lions v SK Victoria Wanderers, St Lawrence Spurs v Nadur Youngsters.

Għall-grupp tal-Member Associations, se jkun hemm tliet partiti b’timijiet minn seba’ assoċjazzjonijiet, bis-seba’ tim, ikun imtellgħa bil-polza jkun dak ta’ tim mill-inter Amateur Soccer Competition (IASC).

B’hekk l-ewwel fażi tal-kompetizzjoni tara total ta’ għaxar timijiet li javvanzaw għat-tieni fażi, fejn tara l-introduzzjoni ta’ timijiet mill-Malta Premier kif ukoll mic-Challenge League, bil-finali mistennija ssir fit-8 ta’ Diċembru 2025.

Dwar din l-inizjattiva ta’ darba, u fl-okkazzjoni ta’ anniversarju importanti li l-MFA qed tiċċelebra matul l-2025, Net News tkellem ma’ wieħed mill-imħuħ ta’ din il-kompetizzjoni, il-Viċi President tal-MFA, Dr Matthew Paris.

Segwi il-kummenti tal-Viċi President tal-MFA Dr Matthew Paris hawnhekk: