F’dan iż-żmien tas-sena, ħafna jgħidu li xi raxxa xita tkun xi ħaġa komuni. Iżda din is-sena huwa mbassar li l-15 ta’ Awwissu ser jiżgiċċa l-maltemp bi żbrixx.
Dan il-fenomenu meterjologiku, magħruf aħjar bħala “l-għarajjex ta’ Santa Marija”, jidher li ser ikun prattikament ineżistenti fil-jiem li jwasslu għall-festa tal-Assunta. U minflok ser ikollna maltemp fil-jiem ta’ wara.
It-tbassir jindika maltempati bir-ragħad u xita li mistennija jolqtu l-ġżejjer Maltin propju fil-famuża xalata ta’ Santa Marija, fis-16 ta’ Awwissu u anke l-għada – b’temperaturi li kapaċi jinżlu għal 19-il grad celcius mal-lejl.
Però jidher li matul il-jiem li ġejjin, speċjalment dakinhar ta’ Santa Marija, it-temp ser ikun wieħed sħun sew – kif jgħid il-Malti, sħana taqli l-ankri. Bit-temperaturi, fil-15 ta’ Awwissu, kapaċi jlaħqu t-38 grad.
Madwar Malta u Għawdex il-festi ta’ Santa Marija huma simbolu tal-kultura tagħna; kultura ta’ festi u ċelebrazzjonijiet li jfakkru t-tlugħ ta’ ommna Marija fis-sema.
Din il-festa se tiġi ċċelebrata fl-Mqabba, il-Qrendi, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard. il-Mosta u fir-Rabat Għawdex. Min naħa f’Ħad-Dingli, Santa Marija se tiġi iċċelebrata fis-17 ta’ Awwissu – filwaqt li fl-Imġarr, il-festa tal-Assunta se ssir ġimgħa wara.
Kull sena, Santa Marija tkun ċelebrazzjoni għal qalb il-Maltin għaliex din il-festa pubblika m’għandix biss għeruq reliġjużi, però anke storiċi, hekk kif din il-ġimgħa jitfakkar d-dħul tal-Konvoj ta’ Santa Marija.
//= $special ?>