Internazzjonali Temp

Mewġa ta’ sħana kbira fl-Ewropa

Mill-inqas tliet persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ mewġa ta’ sħana kbira li qed tqanqal għexieren ta’ nirien fil-foresti f’diversi partijiet tal-Ewropa t’isfel, u qed iġġiegħel eluf ta’ persuni jħallu djarhom.

Twissijiet ħomor ta’ sħana ġew maħruġa f’partijiet tal-Italja, Franza, Spanja, il-Portugall, il-Greċja, u l-Balkani, b’twissijiet ta’ riskju sinifikanti għas-saħħa hekk kif it-temperaturi qed jaqbżu l-40°C.

Fir-reġjun tal-punent ta’ fuq ta’ Spanja, kważi 4,000 persuna ġew evakwati, filwaqt li ġew irrappurtati aktar minn 30 nirien.

F’Spanja, raġel tilef ħajtu wara li sofra ħruq gravi viċin Madrid, fejn riħ ta’ aktar minn 70 km/h mexxa n-nirien lejn id-djar.

Filwaqt li fl-Italja, tifel miet bil-puplesija tas-sħana, hekk kif it-temperaturi mistennija jilħqu l-40°C aktar tard din il-ġimgħa.

U tifel Rumen ta’ 4 snin miet f’Sardinja wara li kawża ta’ puplesija tas-sħana spiċċa bi ħsara irreversibbli f’moħħu.

Partijiet mir-Renju Unit ukoll qed isofru mir-raba’ mewġa ta’ sħana tas-sena, b’t-temperaturi jilħqu 33°C, tant li kien hemm ukoll xi nirien f’żewġ partijiet minn Londra.

Ix-xjentisti qed iwissu li t-tisħin globali qed jagħmel is-sjuf fil-Mediterran aktar sħan u niexfa, u qed iqanqal staġuni ta’ nirien itwal u aktar intensi.