Illejla ċ-champions Ewropej, Paris St-Germain se jkunu qed jimmiraw li jirbħu unur ieħor fl-aqwa sena tagħhom fl-istorja meta jilgħabu l-finali tal-UEFA Super Cup kontra Tottenham Hotspur.
L-2025 kienet sena unika għall-iskwadra Franċiza u kemm il-darba llejla jirbħu dan it-trofew Ewropew, f’ Stadio Friuli, f’Udine, PSG ikunu rebħu l-ħames unur tas-sena. Dan l-istaġun, it-tim taħt il-gwida teknika tal-kowċ Spanjol, Luis Enrique diġa’ rebaħ it- Trophee des Champions, Ligue 1, il- Coupe de France u għall-ewwel darba f’storja ta’ 55 sena, minn kemm ilu li twaqqaf dan il-Franċiz, PSG rebħu l-finali tal-UEFA Champions League.
Ftit tal-ġimgħat ilu, PSG fallew iċ-ċans li jżidu trofew ieħor mar-rebħ li diġa’ kellhom fl-2025, meta fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs, organizzata mill-FIFA, huma tilfu 3-0 kontra Chelsea.

Illejla, PSG se jerġgħu jilgħabu kontra tim minn Londra, Tottenham Hotspur; b’dawn tal-aħħar fl-aħħar tal-istaġun li għadda rebħu wara diversi snin il-UEFA Europa League.
M’hemmx dubju li PSG jibdew bħala l-akbar favoriti li llejla jirbħu s-Super Cup tal-Ewropa. B’team żagħażugħ, mimli talent u bil-ġuħ li jirbaħ l-unuri, fl-aħħar xhur partikolarment, Les Parisiens kienu l-akbar protagonisti tal-futbol Ewropew. Il-previżjoni ta’ bosta hi li dan id-dimoniju jista’ jibqa’ għaddej għal aktar snin.

L-avversarji ta’ PSG, Tottenham Hotspur m’għandhom ebda pressjoni qabel il-logħba tal-lejla. Qabel is-suċċess li kellhom f’Mejju li għadda, l-Ispurs kienu llhom 17-il sena ma jirbħu unur ewlieni, u issa b’Thomas Frank bħala kowċ, it-tim mil-Premier League Ingliż, m’għandu xejn x’jitlef u ħadd m’għandu jeskludi li fil-finali tal-lejla jkolna sorpriża.
Il-finali tal-lejla tibda fid-9pm.
//= $special ?>