Futbol Sport

PSG jirbħu l-UEFA Super Cup wara rimonta u l-għoti tal-penalties kontra Tottenham

Ritratt: EPA

F’Udine fl-Italja PSG għelbu lil Tottenham wara l-għoti tal-penalties biex rebħu l-UEFA Super Cup għall-ewwel darba fl-istorja.

Tottenham marru fil-vantaġġ fid-39 minuta meta wara li l-ewwel tentattiv ħabat mal-lasta mit-tieni tentattiv kien id-difensur Micky van de Ven li xeħet fix-xibka għal 1-0. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Tottenham skorjaw it-tieni gowl tagħhom meta din id-darba kien Pedro Porro li għadda lejn Christian Romero li kkonkluda fix-xibka għal 2-0.

Reazzjoni minn PSG fil-85 minuta meta kien Lee Kang-In li xeħet fix-xibka biex minuti bogħod mit-tmiem kien Goncalo Ramos li bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-2, bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties.

Għal PSG falla Vitinha u skorjaw Goncalo Ramos, Ousmane Dembele, Lee Kang-In u Nuno Mendes. Għal Tottenham skorjaw Domenic Solanke, Rodrigo Bentancur, Pedro Porro u fallew Micky van de Ven, Matthijs Tel,