Lokali

Raġel imut wara li sab diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Kemmuna

Taljan ta’ 35 sena miet wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-bajja ta’ Blue Lagoon, Kemmuna.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar u fuq il-post huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-għassiesa ta’ salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps.

Intant wara ddaħħal fil-Port tal-Imġarr fejn ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

ll-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.