Lokali Sport

Steve Zammit Lupi jirnexxielu jlesti avventura ta’ 4000km bir-rota

Steve Zammit Lupi, is-Sindku indipendenti ta’ Ħaż-Żebbuġ, irnexxielu jlesti avventura ta’ 4000km bir-rota.

Din l-avventura, li għandha l-isem NorthCape4000, tgħaddi minn 8 pajjiżi differenti, u Zammit Lupi rnexxielu jlestiha f’18-il ġurnata u 7 sigħat.

It-8 edizzjoni ta’ din l-isfida bdiet fis-26 ta’ Lulju, u kien hemm madwar 500 parteċipant.

Ir-rotta bdiet minn Rovereto fl-Italja u spiċċat f’North Cape fin-Norveġja.