Tħabbret il-mewt ta’ Nicola Romano fl-età ta’ 83 sena.
Romano huwa missier Gaetano Romano, iż-żagħżugħ li jum wara li għalaq 20 sena kien instab mejjet minn missieru stess fil-ħanut tax-xogħol tiegħu, proprju fil-forn fejn kien isir il-gypsum b’sitt imsiemer f’rasu.
Ftit qabel ma nstab bla ħajja, lura fl-2009, Gaetano kien kiteb ittra fejn esprima li kien jinsab mifni fil-biża’ li ħajtu setgħet kienet fil-periklu u saħansitra kien lissen isem li kien qed jitqies bħala suspettat.
16-il sena wara l-awtur ta’ dan l-assassinju makabru għadu ma nstabx – bil-missier sfortunatament jilħaq imut mingħajr qatt ma nstab min qatel lil ibnu.
L-aħħar tislima lil Nicola Romano se tkun qed tingħata l-Ħamis 14 ta’ Awwissu fil-1130hrs ta’ filgħodu fiċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina f’San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>