Lokali

Elezzjoni Kap PN: Jiftaħ il-perjodu tan-nomini

Mil-lum f’nofsinhar, fetaħ il-perijodu li fih jistgħu jintefgħu n-nomini għall-kariga ta’ Kap ġdid tal-PN wara li ż-żewġ kandidati prospettivi għaddew b’suċċess mill-proċess ta’ ‘due diligence’, kif jistabbilixxi l-Istatut tal-PN.

Kif tħabbar diġa’, il-votazzjoni se tkun qed issir is-Sibt 6 ta’ Settembru li ġej fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista li jkollhom tesserament validu. Il-votazzjoni se tkun parti minn Konvenzjoni Ġenerali.

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li minbarra l-votazzjoni li se ssir dakinhar, se torganizza wkoll votazzjonijiet oħra aktar kmieni – l-Erbgħa 27 u s-Sibt 30 ta’ Awwissu – għal dawk il-membri li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jivvutaw fil-jum proprju tal-elezzjoni.

Aktar dettalji dwar il-postijiet u l-ħinijiet tal-votazzjoni se jitħabbru aktar ’il quddiem