Il-Pulizija, flimkien ma’ entitajiet oħra, komplew bl-ispezzjonijiet ta’ kontrolli ta’ rutina tat-traffiku.
Matul roadcheck li sar il-Ħamis, 17-il vettura nqabdu jsuqu b’veloċità eċċessiva, fosthom vettura li nqabdet tinstaq b’veloċità ta’ 113km/hr, f’zona fejn il-massimu huwa ta’ 70km/h. Il-Pulizija waqfet din il-vettura u rriżulta li s-sewwieq kien qiegħed isuq ukoll taħt l-effett tal-alkoħol u qiegħed jinżamm arrestat.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, inħarġu wkoll numru ta’ taħrikiet oħra lil xufiera b’rabta ma’ llegalitajiet diversi, fosthom dawk li kienu qegħdin isuqu mingħajr liċenzja valida tas-sewqan, b’polza tal-assigurazzjoni skaduta jew illegalitajiet oħra marbuta mal-vettura.
Dawn l-ispezzjonijiet ta’ rutina ser jibqgħu għaddejjin matul il-jiem u ġimgħat illi ġejjin.
//= $special ?>