Mara ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar, ġiet arrestata wara investigazzjoni u sorveljanza mill-Pulizija b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga.
Il-Pulizija sabet fir-residenza tal-mara, fi Triq id-Denfil, San Pawl il-Baħar, madwar 60 qartas b’sustanza suspettata kokaina kif ukoll madwar 15-il qartas ieħor b’sustanza suspettata eroina, b’valur fis-suq ta’ madwar €20,000.
Hija qiegħda tinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija titressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-nofsiegħa quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake.
//= $special ?>