Futbol Sport

Marsaxlokk jakkwistaw lill-midfielder Joseph Minala

Joseph Minala
Joseph Minala

Ftit jiem biss ‘il bogħod mil-bidu tal-Malta Premier 2025/26, u l-klabbs għadhom attivi u mistennija jibqgħu hekk sal-aħħar t’Awwissu biex issaħħu l-iskwadri rispettivi tagħhom.

Net News jista’ jikkonferma li fl-aħħar sigħat Marsaxlokk ikkonkludew it-trasferiment tal-midfielder ta’ 28 sena mill-Kamerun, Joseph Minala. L-eks plejer internazzjonali fil-livell ta’ taħt it-23 sena tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu, kien qed jilgħab f’Malta fl-aħħar żewġ staġuni. Minala, li hu eks plejer tas-Serie A fl-Italja, fejn lagħab ftit partiti ma’ Lazio iżda lagħab ftit inqas minn mitt logħba fis-Serie B ma’ diversi klabbs fl-Italja, fosthom Bari, Latina Calcio u Salernitana, se jkun disponibbli mal-ewwel fit-tmiem il-ġimgħa, fl-ewwel match day tal-Malta Premier, biex jilgħab ma’ Marsaxlokk.

Minala, li jilgħab aktar fir-rwol ta’ midfielder difensiv, kien inġieb f’pajjiżna minn Sliema Wanderers, fis-sajf tal-2023. F’dak l-ewewl staġun tiegħu f’pajjiżna, Minala kien parti minn staġun pożittiv li kellhom il-blues fejn temmew it-tielet fil-Kampjonat u rebħu l-FA Trophy. Fl-istaġun ta’ wara, iġifieri fl-2024/25, Minala kien ħalla lill-Wanderers biex issieħeb mal-ġirien tagħhom, Sliema Wanderers.