“Nagħti kollox biex nikkonviċik tibqa’ d-dar dakinhar kieku kont naf x’se jiġri”.
Kien dan il-kliem li bih Amy Azzopardi, fakkret il-memorja tal- għażiża ommha, Mildred Azzopardi permezz ta’ post emozzjonanti fuq il-midja soċjali li mess il-qlub ta’ bosta. Mildred hija l-mara li nqatlet fis-27 ta’ Lulju wara li ntlaqtet minn karozza, fi Triq Ta’ Liesse fil-Belt Valletta.
Fuq Facebook, bintha Amy, sostniet li n-nuqqas t’ommha huwa kbir wisq. Hija stqarret, “kemm int sabiha ma. Kemm nimmisjak tifraħ għax niġi bit-tifel id-dar filgħodu, kemm kien ihobb jidħaklek “il-boxer”. Inqelleb fil-messaggi u taqbadni dieqa kbira.Id-dar vojta wisq mingħajrek, xejn mhu l-istess. Ħallejt wisq vojt ma.” Temmet tgħid, “Kull ma jien hu grazzi għalik”.
//= $special ?>