Kollox jindika li l-għarajjex ta’ Santa Marija huma mistennija għal nhar il-Ħadd li ġej; jumejn wara li tiġi ċċelebrata l-festa tal-Assunta.
“F’dan il-perjodu tas-sajf huwa normali li jkollna li dawk li jissejħu għarajjex ta’ Santa Marija. Issa jidher ili matul tmiem il-ġimgħa hemm cans ta’ ħalba xita u ma jiddirx li ha jkunu xi ħalbiet zagħar tax-xita. Konna qed insemmu li dawn se jsiru s-Sibt imma issa jidher li ħa jkun hemm xi xita l-Ħadd.”
Patrick Zahra, li huwa wieħed mill-bassara tat-temp fl-Uffiċċju Meterjoloġiku, spjegalna li l-għarajjex ta’ Santa Marija ġieli jiġu qabel u ġieli jiġu wara l-festa ta’ Santa Marija.
F’kummenti lil Net News Patrick Zahra stqarr li t-temperaturi f’Malta ilhom jgħollew għal dawn l-aħħar xahrejn, u huwa propju dan il-fenominu li jwassal għal xi ftit ta’ xita f’dan iż-żmien tas-sena – minkejja li ninsabu f’nofs is-sajf.

It-temperaturi għoljin f’dawn l-aħħar jiem ma kienux qed jolqtu biss lil Malta iżda anke lil diversi pajjiżi fl-Ewropa fosthom Spanja, l-Italja u l-Greċja.
Patrick Zahra spjega li din il-mewġa ta’ sħana qed tolqotna xi ftit inqas minħabba li Malta hija gżira.

It-tbassir tat-temp fl-Uffiċċju Meterjoloġiku issir b’żewġ metodi; permezz tal-osservar u permezz ta’ supercomputers li fihom tiddaħħal l-informazzjoni li jkunu ħadu l-osservaturi.
L-aktar darba li qatt niżlet xita f’xahar wieħed kien fl- 1964 meta għamlet 155.5mm ta’ xita. Pero bħala medja f’Awwissu din tkun ta’ 9.7mm.
//= $special ?>