Ejjew noħolqu tolleranza zero għall-alkoħol, m’hemmx għalfejn tixrob biex tieħu gost.
Huwa dan l-għan ewlieni għalfejn il-Caritas, nediet numru ta’ proposti lejn il-politika nazzjonali tal-alkaħol.
“Kemm jista’ jkun nippromwovu zero tolerance għall-alkoħol, ġifieri aħna dejjem nimbutaw anka biex ikun hemm alternattivi oħra, li jeżistu, u li aħna nsejħulhom n-natural highs, ili jiena nista’ nieħu pjaċir mingħajr ma nweġġa’ lili nnifsi u nweġġa’ lill-oħrajn. Qed nimbuttaw ukoll biex ikun hemm abjenti speċjalment għaż-żgħażagħ fejn ma tiġix promossa kemm jista’ jkun ili jkollok l-alkoħol li jkun daqsekk aċċessibli.“
Josef Pace, Koordinatur għas-servizzi fil-Caritas, spjega li l-alkoħol huwa sustanza li tista’ tagħmel ħsara kemm mentament u fizikamet kif ukoll lill-kommunità. U Huwa għalhekk li l-Caritas qed tisħaq għall-aktar edukazzjoni, bidla fil-kultura u iktar infurzar.
F’kummenti lil Net News, hu spjega li l-importanza tal-edukazzjoni mhux biss permezz ta’ prevenzjoni fl-iskejjel imma anke permezz ta’ reklamar.
“Ir-reklamar tal-prodott tal-alkoħol, ħafna drabi jew narawhom fuq tal-linji, jew inkella fuq billboards, jew inkella f’kull ħin tal-ġurnata fuq it-televiżjoni u l-meżżi socjali, imma aħna qegħdin ngħidu isma nistgħu nirregolariżawhom. Speċjalment fuq il-media, u pereżempju dawn joħorġu bejn l-22:00 u l-5:00 ta’ filgħodu. U neliminaw kemm jista jkun l-udjenza minoreni għax aħna nafu li l-abbuż qed ikun fil-minoreni kif anka rajna fl-aċċidenti tat-traffiu tal-minoreni.”
Qali li dan jista jkun possibli permezz ta’ tibdil fil-kultura. Hekk kif il-Maltin u l-Għawdxin naturalment jgħixu f’kultura Mediteranja fejn jekk m’hemmx alkoħol m’hemmx festi u tiġijiet. Josef Pace sostna li l-Caritas temmen li dan mhux il-każ.
“Inti tista’ tieħu pjaċir mingħajr alkahol, mingħajr ma tweġġa’ lilek innifsek u lill-oħrajn, jien dejjem ngħid li l-armi mhumiex biss bil-ponta, mhumiex biss bullets imma karoazza tista’ tkun arma wkoll, iġifieri jrid ikun hemm din ir-responsabbiltà li jekk xi ħadd se jiħu xi sustanza ma jsuqx. Però mhux biss fuq is-sewqan u t-traffiku, hekk kif aċċidenti jistgħu isiru anke fuq il-post tax-xogħol, jekk jien qed naħdem fil-kostruzzjoni u fil-break ħadt xi alkaħol noqgħodu attenti ghax inpoġġu lilna nfussna f’riskju u anka lill-ħaddieħor.”
Kien hawn fejn sema li Caritas qed tiproponi biex l–eta tal-konsum tal-alakħol tgħolla għall 21 sena, u anka biex jonqos il-livel ta’ kemm wiħed jista’ jiħu alkahol, kif ukoll li jgħolla l-prezz tal-alkaħol.
Tenna wkoll li l-infurzar irrid issir kemm mill-awtoritajiet kif ukoll mill-kommunità.
“Aħna resident tagħna darba qal liġi minghajr infurzar mhi ligi xejn, meta qed nitkellem dwar infurzar qed nitkellem dwar kemm infurzar mill-awtoritajiet ili jsir b’mod aktar frekwenti, permezz ta’ breathylser meta jkun hemm xi aċċident imma anka nfurzar permezz ta’ breathilyser iżda mhux biss anka b’mod okkażjonali meta jkun hemm ir-roadbloacks, anka jekk forsi ma għandiex suspett, ejja ndaħħlu din il-mentalità ili jekk jiena qiegħed fit-triq u waqafni l-Pulizija jiena mitlub b’mod obligatorju li nagħmel dan it-test. Biex kemm jista’ jkun tidħol kultura fejn jekk qiegħed taħt l-influwenza tal-alkaħol jiena ma għandiex insuq. Però b’infurzar qegħdin nitkellmu anka min-naħa tal-kommunità. Il-kommunità wkoll għandha tgħin bl-infurzar, jekk jiena nara xi minoreni jixtri l-alkoħol tajjeb li jiena ngħidlu. Jekk jiena qed norganizza xi party jew xi attività oħra, jew qed inbiegħ l-alkaħol fil-festi u nara lil xi minoreni jixrob jew lil xi ħadd li qed jixrob iżżejjed, għaliex m għandiex inċempel għall-għajnuna?”
Huwa temm billi fakkar li hawn ħafna postijiet fejn wieħed jista jfittex l-għajnuna, fosthom Caritas, l-Oasi, is-Sedqa hu numru ta’ NGO’s.
//= $special ?>