Uffiċjali tal-Pulizija fl-Awstrajla arrestaw raġel b’rabta ma’ każ tal-qtil ta’ Samantha Mizzi.
Dan il-każ jmur lura għall-1994, bil-Pulizija Awstrajlana tarresta raġel bl-isem ta’ Colin McKane, ta’ 67 sena, fejn ġie arrestat l-Ħamis f’Ararat, li jinsab fil-punent tal-istat ta’ Victoria, fl-Awstrajla.
Colin McKane qed jiġi akkużat bi qtil u b’żewġ każijiet ta’ stupru, b’dan il-każ mistenni li jinstema’ fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Melbourne.
L-akkużi huma marbuta mar-reat fatali li allegatament ġie imwettaq fuq il-vittma Samantha Mizzi, li kellha 24 sena, f’Castlemaine, fl-istat ta’ Victoria, fl-Awstrajla.
Fl-1994, il-katavru tagħha kien nstab minn xi persuni li kienu għaddejjin mill-għelieqi, fejn minn hemmek kienet ittieħdet l-isptar, iżda kienet ġiet ċċertifikata li mietet l-għada li sar dan ir-reat.
Meta l-uffiċjali tal-Pulizija ħabbru li ġie arrestat dan ir-raġel, huma qalu li l-investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ, qatt ma waqfet.
Intant, l-awtoritajiet fl-Awstrajla saħqu li kull min għandu informazzjoni, anke jekk il-każ jmur lura ħafna snin, dan għandu javviċina lill-pulizija immedjatament.
Minn investigazzjoni li kienet saret fl-1994, l-investigaturi kienu bassru li Samantha Mizzi qalgħet daqqiet ta’ ħarta b’xi oġġetti u ankè kienet stuprata, qabel ma kienet imneżżgħa u abbandunata biex tmut.
Samantha Mizzi kienet f’din iż-żona għax kienet qed tivvjaġġa biex taqla’ flus għal għajxien tagħha ħalli tappoġġja lil uliedha.
Xhieda dak iż-żmien kienu qalu li raw lil Samantha Mizzi titkellem ma’ raġel qabel ma ġiet attakkata, iżda l-identità ta’ din il-persuna dejjem baqgħet misteru.
//= $special ?>