Ritratt li wasal għan Net News juri kif dalgħodu, vettura tat-trasport pubbliku spiċċat imweħħla fuq ir-ramel fil-bajja tal-Ġnejna.
Aktar tard, il-Malta Public Transport qalu li x-xufier spiċċa fuq ir-ramel minħabba li kien qed jimmanuvra tal-linja biex jevita l-karozzi pparkjati. Bis-sewwieq “ma kellux għażla oħra”.
Ħadd ma weġġa’. Dan filwaqt li x-xufier għamel kuntatt mal-control room tal-MPT.
Il-kumpanija qalet li jiddispjaċiha għal dak li seħħ.
Sors: Facebook / MDT
//= $special ?>