Illum wara nofsinhar, Sliema Wanderers ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun il-ġdid, hekk kif it-tim taħt it-tmexxija tal-kowċ Paul Zammit, se jkun qed jilgħab l-ewwel logħba tal-Malta Premier, nhar is-Sibt li ġej, kontra Żabbar St Patrick.
Matul dan is-sajf, il-blues wetqu diversi akkwisti importanti, u meta kien qed jitkellem mal-media, il-President tal-klabb, Keith Perry tenna l-objettiv aħħari ta’ Sliema Wanderers għal dan l-istaġun istaġun il-ġdid, dak li jisfidaw għal kull unur possibli, inkluż ir-rebħ tal-Malta Premier.

Il-President ta’ Sliema Wanderers, Keith Perry flimkien mal-Viċi President tal-klabb, Walter Arciola.
L-akkwisti l-ġodda li kienu ppreżentati llum, waqt konferenza tal-aħbarijiet, huma Sulahmana Bah, Boubakary Diarra, Nicholas Strickland, Andre Cutler, Roko Prsa, Luke Montebello, Rashed Al Tumi, Miguel Baggio, Fernandinho u Thiago Espindola.
//= $special ?>