Internazzjonali

Spanja: Għajnuna mill-UE fost l-emerġenza tan-nirien

Il-kriżi tan-nirien fi Spanja tant saret allarmanti li l-Unjoni Ewropea qablet li tibgħat żewġ ajruplani speċjalizzati għall-kontroll tal-fjammi li għal ġranet sħaħ ħakmu medda kbira ta’ foresta — fost il-periklu għall-komunitajiet fid-diversi reġjuni tal-pajjiż.

Dan ukoll wara li Spanja, għall-ewwel darba, attivat il-mekkaniżmu tal-UE għall-assistenza waqt sitwazzjonijiet diżastrużi –bil-Ministru Spanjol għall-Intern,

Fernando Grande-Marlaska , jitlob speċifikament għall-ajruplani attrezzati għall- water-bombing f’sitwazzjonijiet ta’ nirien inkontrollabbli.

Fl-aħħar sigħat, miet raġel ieħor – it-tielet wieħed – waqt li l-isforzi lejn il-kontroll tan-nirien fir-reġjun ta’ León. Dan waqt li l-aġenzija meteoroloġika ta’ Spanja wissiet li l-heatwave attwali fil-pajjiż se jkompli sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla – u fost inkwiet li t-temperaturi għandhom jaqbżu l-44 gradi Celsius f’numru ta’ zoni…Sitwazzjoni li kapaċi anki tixpruna n-nirien ġodda f’ din is-sitwazzjoni diġà ddisprata.