Lokali

HSBC jilħaq ftehim mal-bank Grieg CrediaBank

HSBC Malta mistenni jħalli kollox għal CrediaBank – magħruf ukoll bħala Attica Bank.

Il-bejgħ ta’ HSBC Malta se jkun qed jgħaddi lil CrediaBank wara li l-Ġimgħa filgħaxija tħabbar uffiċjalment lill-MFSA li l-bank Grieg kien il-bank preferut.

Għaldaqstant id-diskussjonijiet bejn CrediaBank u HSBC issa se tkun qed tidħol fil-fażi mill-aktar kurċjali hekk kif waslu sabiex jiftehmu d-dettalji u jissoktaw id-diskussjonijiet meħtieġa.

HSBC Holdings infurmat b’mod uffiċjali lil HSBC Malta li kienu daħlu f’diskussjonijiet ma’ CrediaBank, eks Attica Bank sabiex ibiegħu l-ishma tagħhom….ċioè aktar minn 70% ta’ HSBC Bank Malta – bl-ishma l-oħrajn huma pubbliċi fuq il-Malta Stock Exchange.

CrediaBank huwa l-5 l-akbar bank fil-Greċja u għandu sostenn qawwi bil-Bank Grieg u l-Istat Grieg li għandu mas-36% tal-ishma.