It-tim tan-nisa ta’ Kilmarnock fl-Iskozja kellu jneħħi r-ritratt ta’ waħda mill-plejers wara li din spiċċat b’mewġa kbira ta’ kummenti dispreġjattivi fuq il-media soċjali.
Il-każ idur mal-plejer Skye Stout, li għad għandha biss 16-il sena.
Meta Kilmarnock ħabbru l-akkwist tagħha, kien hemm bosta li rridikolaw id-dehra tagħha minħabba li għandha kundizzjoni severa ta’ acne.
Il-kummenti tant eskalaw, li l-club kellu jneħħi r-ritratt.
Stout minn naħa tagħha imblokkat il-profili kollha fuq il-media soċjali.
Intant, wara li ħarġet din l-aħbar, kien hemm ammont enormi ta’ solidarjetà u appoġġ lejn din it-tfajla li għadha fil-bidu tal-karriera tagħha fil-futbol. B’bosta jikkundannaw il-kummenti li għamlu s-sostenituri ta’ Kilmarnock.
//= $special ?>