L-MFA permezz ta’ stqarrija ħabbret l-irowli tekniċi ġodda għall-istaġun il-ġdid.
It-tim nazzjonali Malti se jkun imexxi mill-Head Coach Emilio De Leo flimkien mal-assistent tiegħu Pietro Matafora. Roderick Vella se jkun d-Direttur tal-Admin u l-Operation filwaqt li Ivan Woods se jkun it-Technical Coordinator. Il-kowċ tal-goalkeepers se jkun Francesco Cotugno filwaqt li Fabio Esposito u Luca Pagani se jkunu l-preparaturi fiżiċi.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena se jkun Davide Mazzotta u se jkun assistit minn Stefano Grima u Paul Gatt. Il-bqija tal-istaff se jkun iffurmat minn Ivan Rivera, David Genech u Gabriele Tumino.
It-tim ta’ taħt id-19-il sena se jkun imexxi minn Salvatore Colantuono u se jkun assistit minn Jonathan Holland. Alexa Ramella, Andrea Grech u Roderick Bajada se jiffurmaw il-bqija tal-istaff.
Tibdiliet oħra notevoli saru fl-iskwadra ta’ taħt it-18, s-17, s-16 u l-15-il sena wkoll.
//= $special ?>