Futbol Sport

Liverpool jibdew jiddefendu r-rebħ tal-Premier League b’rebħa

(Ritratt: EPA)

Liverpool bdew jiddefendu r-rebħ tal-kampjonat b’rebħa ta’ 4-2 kontra Bournemouth.

Fil-bidu tal-partita Liverpool sellmu l-memorja ta’ Diogo Jota u ħuh Andre Silva. Kien bidu mill-aqwa għad-debuttant Hugo Ekitike li poġġa lit-tim ta’ Arne Slot fil-vantaġġ wara 37 minuta. L-istess plejer kien strumentali fit-tieni gowl li wasal wara l-mistrieħ permezz ta’ Cody Gakpo.

Bournemouth wettqu rimonta u skorjaw darbtejn fi 12-il minuta b’żewġ gowls minn Antoine Semenyo.

Bil-partita dehret li se tintemm fi draw ta’ 2-2, Liverpool kellhom pjanijiet oħra u kien is-sostitut Federico Chiesa li skorja l-gowl tar-rebħa għal 3-2. Liverpool għamluhom 4-2 fil-ħin mogħti żejjed permezz ta’ Mohamed Salah.