Il-15 ta’ Awwissu – il-festa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, b’sinifikat reliġjuż u storiku qawwi. Jum Ommna Marija mtella’ s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
Jum li jimmarka l-qofol tas-sajf Malti – b’nar, funzjonijiet reliġjużi, ċerimonji nazzjonali u purċissjonijiet bil-vari titulari bix-xbieha tal-Madonna mal-ibliet u l-irħula tagħna.
Taħt ħarset l-ewwel u l-eqdem vara ta’ Santa Marija fil-gżejjer Maltin, xoghol fl-injam ta’ Vincenzo Dimech, fil-knisja tal-Gudja, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna mexxa’ quddiesa tal-pontifikal solenni.
Intant, f’din il-festa li tiġi ċċelebrata mad-dinja kollha Monsinjur Scicluna fakkar li din hija celebrazzjoni f’ġieħ omm Sidna Ġesu Kristu. Huwa għalekk li l-Arċisqof saħaq li d-devozzjoni lejn ommna Marija hija kbira għaliex hi ġiet magħżulha fost l-umani midimbin tad-dinja sabiex tkun omm Alla. B’Charles Scicluna jgħid li din il-mara qaddisa kienet il-persuna li sawwret iben Alla, u għalekk għandna niċċelebraw il-fatt li ommna Marija għadha hemm tinterċedi għalina quddiem binha Ġesù.
Monsinjur Scicluna talab ukoll lill Madonna fil-festa tagħha sabiex trattab il-qlub, u bħala bint Iżrael tinterċedi sabiex bħalma salvat lill-poplu Malti mill-ġuħ 83 sena ilu fl-eqqel tat-Tieni Gwerra, tkun hemm ukoll quddiem binha Ġesù sabiex fid-dinja tkun tista’ mill-ġdid tirrenja l-paċi. Dan b’referenza għal-laqħa li se ssir fl-Alaska bejn Trump u Putin – propju fil-jum tal-Assunta.
Din il-festa tal-Assunta tiġi ċċelebrata fl-irħula tal-Qrendi, l-Imqabba, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard, il-Mosta u r-Rabat Għawdex.
Magħhom f’dan il-jum jingħaqdu l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, il-Knisja ta’ Santa Marija f’Ħal Tarxien u l-Knisja tas-Samra fil-Ħamrun, it-tlieta dedikati lil Santa Marija, li normalment jfakkru l-15 t’Awwissu b’funzjonijiet liturġiċi fl-istess knejjes.
//= $special ?>