Ġie identifikat ir-raġel Taljan li tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jgħum fil-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Il-vittma huwa Salvatore Palmentieri, ta’ 35 sena minn Napli, li kien f’Malta għal btala.
L-inċident seħħ l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tas-1:30 p.m., meta Palmentieri sab ruħu f’diffikultà fl-ilma. L-għassiesa tas-salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps kienu fuq il-post u taw l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Wara li ttella’ mill-ilma, Palmentieri ddaħħal fil-Port tal-Imġarr u minn hemm ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
//= $special ?>