Ir-rapport ippubblikat mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kixef li l-Ministru Silvio Schembri jħallas kera ta’ €3.50 kuljum biss għall-uffiċċju li jinsab f’waħda mit-toroq ewlenin fis-Siġġiewi.
Fir-rapport tiegħu il-Kummissarju Joseph Azzopardi stqarr li din hija somma baxxa għal fond kummerċjali – bin-nutar Robert Aquilina jistqarr li huwa diffiċli biex temmen li din hija kirja li tirrifletti il-valur veru li uffiċċju bħal dan kapaċi jiġġenera – u allega li dan iqajjem suspetti kbar.
L-uffiċċju huwa tal-iżviluppatur Anton Camilleri, magħruf bħala Il-Franċiż – l-istess Camilleri li kien akkwista biċċa art pubblika biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ neċessarja sabiex ikompli jiżviluppa l-proġett ta’ Villa Rosa.
Schembri preżenta l-ftehim tal-kera għal dan l-uffiċċju fis-Siġġiewi mingħand tal-Franċiż – kirja miżera u baxxa ta’ €319 kull 3 xhur.
Madanakollu, il-Kummissarju għall-Istandards irrifjuta li jpoġġi konnessjoni bejn dan l-uffiċċju…u uffiċċju ieħor f’Ħal Luqa….ma’ xi trasferiment ta’ art pubblika lil persuni terzi – fosthom Camilleri.
Dan hekk kif minkejja li Silvio Schembri kellu taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-Lands – fuq il-karta l-istess Ministru ma jistax jordna lill-bord tal-Awtorità tal-Artijiet x’għandu jagħmel. Apparti l-fatt li l-bord huwa magħmul minn membri magħżulin minn Ministri varji.
Jibqa’ l-fatt però li l-kirja tal-uffiċċju fis-Siġġiewi hija ferm baxxa – bin-Nutar Aquilina jisħaq li kieku għandna Kummissarju tal-Puliziaj serju, illejla stess jibgħat għall-istess Ministru sabiex jagħti spjegazzjoni dwar ġidu u l-binijiet li jagħmel użu minnhom.
//= $special ?>