Internazzjonali

Taylor Swift tħabbar album ġdid

Il-kantanta internazzjonali Taylor Swift, ħabbret li fit-3 ta’ Ottubru 2025 se toħroġ uffiċjalment l-album il-ġdid tagħha – The Life of a Showgirl. Dan se jkun it-tnax-il album fil-karriera tagħha.

L-album tħabbar waqt podcast imtella’ mill-partner tagħha Travis Kelce, u se jkun jinkludi 12-il kanzunetta. Swift kitbet u rrekordjat dan il-proġett mużikali matul il-Eras Tour, li spiċċa f’Diċembru li għaddha wara li kiseb suċċess madwar id-dinja.

The Life of a Showgirl huwa l-ewwel album li qed tniedi minn meta saret proprjetarja sħiħa tal-katalgu mużikali tagħha, sitt snin wara li esprimiet id-dizappunt għall-bejgħ tar-recordings oriġinali mill-ex label tagħha.

L-album jinsab diġà għall-pre-order fuq il-websajt uffiċjali u se jkun disponibbli f’formati fiżiċi bħall-vinyl, cassette u CD.

Dan il-proġett il-ġdid jirrappreżenta kapitlu ġdid fil-karriera artistika tagħha, b’mużika li tirrifletti żmien ferrieħi u kreattiv f’ħajjitha.