Ir-referee Trustin Farrugia Cann ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ viċi-president tal-MFA.
L-elezzjoni għall-viċi-president se tkun qed ssir fis-16 ta’ Ottubru waqt l-Assembleja Ġenerali. Il-kariga ta’ viċi-president tbattlet wara li Dr Mara Azzopardi rriżenjat mill-kariga aktar kmieni dan ix-xahar wara li ħadet il-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Farrugia Cann ħabbar li hu jista’ jservi l-futbol Malti b’mod ġdid. Hu qal li wara 24 sena referee fejn ikkontrolla aktar minn 200 partita fil-kampjonat Premier u aktar minn 10 snin bħala referee tal-FIFA se jkun qed jissosspendi lilu nnifsu milli jikkontrolla aktar partiti sal-elezzjoni.
L-MFA qalet li n-nominazzjonijiet għandhom jintlaqgħu sa mhux aktar tard minn 19-il ġurnata qabel id-data tal-elezzjoni.
//= $special ?>